Sunday, 3 June 2007

Il-kanonizazzjoni ta’ San Gorg Preca. X’baqa’ f’qalbi?


It-3 ta’ Ġunju 2007 huwa tassew jum memorabbli għalina l-Maltin. Dan is-saċerdot twajjeb, umli u manswet ser jiġi ddikjarat qaddis. Ħafna minna doqna mill-benna tal-qdusija tiegħu, kellimnih, smajnih, rajnih u xtaqna li jibqa’ ħaj fostna. Is-soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija, MUSEUM, tibqa’ l-monument ħaj tiegħu.


Ried li Ġesu’ jkun magħruf u maħbub. Ħadem biex ressaq lin-nies lejn Alla, biex jagħrfuh, iħobbuh u jaqduh. Kien iqanqal il-qlub għall-indiema. Issagrifika ħajtu biex jgħallem u jqarar. Kien jibża’ wisq għat-tfal u kien jixtieqiħarishom minn kull deni tar-ruħ u tal-ġisem. Kiteb ħafna ittri ta’ faraġ u sabbar lil ħafna. Kien imfittex għax kien qaddis u n-nies bkietu u ġiet warajh.


Illum qegħdin inġarbu ferħ kbir f’qalbna għal dan il-qaddis Malti.Il-ġimgħa d-dieħla x’ser jiġri minn dan il-ferħ? X’effett ser iħalli fil-ħajja tiegħek fir-relazzjoni tiegħek ma’ Alla? Tixtieq tibdel ħajtek imqanqal mill-ħajja li kellu San Gorg? Qed tħoss fik xi xrara ta’ vokazzjoni?


Itolbu u San Gorg żgur li jagħtik l-għajnuna biex twieġeb għas-sejħa li qed jagħmillek il-Mulej.






2 comments:

Anonymous said...

ghalija kienet esperjenza spiritwali qawwija u nittama li nibqa' ngorra tul hajti. mhux li kien San Gorg ikun il-mudell taghna l-Maltin. ix-xita nizlet bil-qliel dak in nhar, nitolbu li l-grazzji t'Alla li jinzlu fuqna ta' kuljum inhalluhom ixarbuna ghasra bl-imhabba t'Alla kif xarbitna x-xita nhar it 3 ta' Gunju. viva san gorg preca

Anonymous said...

wara l-kanonizazzjoni ta' San Gorg Preca zgur li se jibqa' f'qalbi il-hoss qawwi ta' entuzjazmu malti, li anke fix-xita qliel ma ceditx u daret lura imma baqghet hemm tisma' l-kelma qawwija t'Alla . zgur li se nzommha f'mohhi u bi prattika li nitlob kuljum ghall Malta taghna, b'mod specjali is-sacerdoti biex jghinuna nitqaddsu wara li jitqaddsu huma.